Anthony Albanese jirbaħ it-tieni term tiegħu bħala Prim Ministru bi gvern ta’ maġġoranza

Anthony Albanese rebaħ l-elezzjoni b’maġġoranza akbar fil-parlament, waqt li l-mexxej tal-Oppożizzjoni tilef is-siġġu tiegħu fi Queensland

ELECTION25 ANTHONY ALBANESE CAMPAIGN

Australian Prime Minister Anthony Albanese, Partner Jodie Haydon and son Nathan acknowledge the crowd at the Labor Election Night function at Canterbury-Hurlstone Park RSL Club. Source: AAP / LUKAS COCH/AAPIMAGE

Anthony Albanese kiseb rebħa fl-elezzjoni federali tal-2025, hekk kif il-Laburisti huma lesti li jiggvernaw għat-tieni terminu b’maġġoranza akbar.

Albanese qal lill-partitarji f’Sydney li l-fatt li serva bħala Prim Ministru kien l-akbar unur ta’ ħajtu.

“Huwa b’sens profond ta’ umiltà u b’sens profond ta’ responsabbiltà li l-ewwel ħaġa li nagħmel illejla hija li ngħid ’grazzi’ lin-nies tal-Awstralja għaċ-ċans li nkompli naqdi l-aqwa nazzjon fid-dinja,” huwa qal.

"Illum, il-poplu Awstraljan ivvota għall-valuri Awstraljani: għall-ġustizzja, l-aspirazzjoni u l-opportunità għal kulħadd.

“L-Awstraljani vvutaw għal futur li jgħodd għal dawn il-valuri, futur mibni fuq dak kollu li jgħaqqadna flimkien.”

Gvern Laburista se jiggverna waħdu b’numri akbar fil-Parlament wara xaqlibiet favur il-gvern f’diversi Stati.

Fost ir-rebħiet Laburisti kien hemm is-siġġu tal-Kap tal-Oppożizzjoni Peter Dutton ta’ Dickson fi Queensland.

Dutton tilef is-siġġu tiegħu li rebħitu Ali France tal-Laburisti. Din kienet l-ewwel darba li kap tal-oppożizzjoni tilef postu f’elezzjoni federali.

Australia Election
Australian Liberal Party leader Peter Dutton, third left, stands with his family as he makes his concession speech following the general election in Brisbane. Source: AP / Pat Hoelscher/AP
Peter Dutton aċċetta r-responsabbiltà sħiħa għat-telfa tal-Koalizzjoni.

“Ma ħdimniex tajjeb biżżejjed matul din il-kampanja. Din hija ħaġa ovvja li tidher il-lejla,” huwa qal.

"Dejjem xtaqt fil-ħajja pubblika għall-aħjar ta’ pajjiżna u l-aħjar għal kull persuna Awstraljana.

“Hija okkażjoni storika għall-Partit Laburista, u din nirrikonoxxuha.”
Fost il-policies imħabbra minn Anthony Albanese kien hemm li dawk li jixtru l-ewwel dar tagħhom jitħallew jidħlu fis-suq tal-propjetà bi ħlas ta’ depożitu ta’ 5 fil-mija,filwaqt li wegħdu li se jonfqu $10 biljun biex jibnu sa 100,000 dar ġdida.

Wiegħed ukoll $8.5 biljun għal 18-il miljun żjara oħra ta’ tobba tal-familja sussidjati kull sena bħala parti mit-tisħiħ tal-Medicare.

 Il-kampanija Laburista ikkommettiet ukoll $2.3 biljun biex tissussidja l-batteriji tad-djar għall-ħażna tal-enerġija mix-xemx, filwaqt li wegħdet ukoll li trażżan il-qtugħ tal-prezzijiet mis-supermarkets.

Share

Published

Source: SBS


Share this with family and friends