In-nies fl-Awstralja dalwaqt ikollhom jivvutaw fl-elezzjoni federali.
L-SBS News jispjega x’ifisser għalik dan, kif taħdem is-sistema elettorali Awstraljana, u kif iżżomm ruħek infurmat.
Meħtieġ li tivvota?
Għall-kuntrarju tal-maġġoranza tal-pajjiżi madwar id-dinja, l-Awstralja għandha sistema ta’ votazzjoni ta’ bilfors.
Dan ifisser li kważi ċ-ċittadini kollha Awstraljani ’l fuq minn 18-il sena huma legalment meħtieġa biex jivvutaw u għandhom ikunu rreġistrati fuq ir-reġistru elettorali tal-anqas sebat ijiem qabel id-data tal-elezzjoni.
Inkella, tista’ titlef iċ-ċans li tivvota u tiffaċċja multa.
Tista’ tirreġistra biex tivvota kmieni meta jkollok 16-il sena. Jekk tkun taf li se jkollok 18-il sena fiż-żmien tal-elezzjoni, tkun idea tajba li tirreġistra kmieni biex tkun lest biex tivvota.
Kath Gleeson, hija d-deputat kummissarju elettorali fil-Kummissjoni Elettorali Awstraljana (AEC). Hija tgħid: "Awstraljani li ma jkollhomx 18-il sena jew joqogħdu l-Awstralja imma m’humiex ċittadini Awstraljani ma jkunux eliġibbli li jivvutaw.”
Hija qalet li hemm biss numru żgħir ta’ ċittadini Awstraljani adulti li m’humiex eliġibbli li jivvutaw.
"Hemm xi kategoriji ta’ nies fl-elettorat li ma jistgħux jivvutaw, forsi minħabba sentenza ta’ ħabs, imma r-regoli u l-ħtiġijiet huma ċari fuq il-websajt tal-AEC, u ninkoraġġixxi lill-Awstraljani kollha biex jiċċekkjaw l-eliġibilità tagħhom jekk għandhom dubju.”

AEC deputy electoral commissioner Kath Gleeson said there's only a small number of adult Australian citizens who are ineligible to vote. Source: AAP / Dominic Giannini
Tista’ wkoll tipprova tissottometti raġuni valida u suffiċjenti lill-AEC, iżda fl-aħħar mill-aħħar hija fid-diskrezzjoni tagħhom.
U jekk tkun se ssiefer, xorta jista’ jkollok ċans tivvota, jekk tippjana minn qabel.
"Forsi tkun tista’ tivvota f’ambaxxata barranija jew kummissjoni għolja, jew tista’ tapplika għal vot postali fuq l- “ qalet Gleeson.
Allura kif nirreġistra biex nivvota?
L-ewwel pass huwa li tmur fuq il-websajt tal-AEC jew – jekk m’għandekx aċċess għall-internet – tista’ ċċempel 13 23 26 u ssegwi l-prompts.
Fuq il-websajt, ikollok bżonn tikklikkja 'Enrol to vote' u mbagħad 'Start enrolment' u kun żgur li jkollok il-liċenzja tas-sewwieq, il-passaport, il-kard tal-Medicare, jew in-numru taċ-ċittadinanza tiegħek lesti biex turi l-identità tiegħek.
Jekk m’għandekx aċċess għal xi wieħed minn dawn id-dokumenti, tista’ tieħu persuna oħra li diġà hija rreġistrata biex tivvota biex tikkonferma l-identita’ tiegħek ukoll.
Minn hemm, kull ma trid tagħmel hu li timla xi dettalji personali u tissottometti l-formola tal-applikazzjoni tiegħek.
U, anki jekk tkun pjuttost ċert li int irreġistrat biex tivvota u d-dettalji tiegħek huma aġġornati, m’hemm xejn ħażin li tikkonferma dan fuq il-websajt, speċjalment jekk bdilt l-indirizz tiegħek riċentament.
“Inħeġġu lill-Awstraljani kollha biex jiċċekkjaw li d-dettalji tagħhom huma aġġornati u li lesti biex jivvutaw,” kompla tgħid Gleeson.