Esperti jwissu dwar il-kanċer mix-xorb alkoħoliku

US surgeon general calls for cancer risk warnings on alcohol labels

epa11804420 A person shops for alcohol at a liquor store in Los Angeles, California, USA, 03 January 2025. Source: EPA / ALLISON DINNER/EPA

Tabib ewlieni fl-Istati Uniti qed jitlob li jkun hemm twissijiet dwar il-periklu tal-kanċer marbuta max-xorb alkoħoliku fil-pajjiż. It-Tabib Vivek Murthy għadu kemm ħareġ studju dwar ir-rabta li hemm bejn il-kanċer u x-xorb alkoholiku u jgħid li l-alkoħol huwa t-tielet kawża ewlenija ta’ kanċer li jista’ jiġi evitat, wara t-tipjip u l-ħxuna żejda. Issa dan qed iqajjem mistoqsijiet dwar jekk l-Awstralja għandhiex tikkunsidra miżuri simili.



Share