Iħallina John Borg, xandar mal-SBS għal bosta snin | Intervista mill-2006

Photo: John Borg SBS
Fis-26 ta’ Marzu tħabbret il-mewt ta’ John Borg, fl-għomor ta’ 86 sena. Sa mis-snin sittin meta wasal l-Awstralja John Borg kien involut fil-komunità Maltija, fil-Victoria, l-aktar fil-qasam tal-amministrazzjoni ta’ klabbs tas-soccer. Fl-1987 beda jieħu sehem fix-xandir tal-programmi Maltin f’Melbourne, dak iż-żmien Radio 3EA. Imbagħad fl-1993 daħal jaħdem full-time mal-SBS bħala xandar u kap tal-programmi Maltin fi New South Wales, sakemm irtira f’Diċembru 2006. Din hija intervista mill-arkivji tal-SBS li Antoine Said Pullucino, xandar li llum ħalliena wkoll kien għamel ma’ John Borg meta rtira mill-SBS fl-2006. Minbarra x-xogħol tar-radju John Borg jitkellem dwar il-ħajja tiegħu fl-Awstralja, xogħol ieħor fil-komunità Maltija f’Victoria u New South Wales u l-ħajja tiegħu f’Malta.
Share