Punti Ewlenin
- Il-ħruq kulturali, prattika Indiġena, illum qed jitqies aktar bħala t-triq ’il quddiem “ittestjata” għat-tnaqqis tan-nirien bla kontroll u l-promozzjoni tat-titjib tal-Art.
- It - titli nattivi jagħtu lill-komunitajiet Aboriġini l-permess biex jerġgħu jqajmu l-ħruq skont il-kultura tagħhom kif jafu huma, u l-evidenza turi li dan jaħdem.
- Il-benefiċċji tal-użu tan-nar tradizzjonali jinkludu l-kontroll tan-nar u aktar. In-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet jużaw mod ħolistiku li jgħin ekosistema reżiljenti.
Ħafna minna fl-Awstralja jqisu n-nar bħala theddida – u din hija xi ħaġa li tifhimha, wara l-ħerba tas-Sajf tal-2019-20 li baqa’ magħruf bħala Black Summer, u aktar reċenti, in-nirien mifruxa u intensi tal-2024.
Iżda għan-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet in-nar ġie użat ukoll bħala għodda qawwijaimportanti għal mijiet ta’ snin.
Kien essenzjali għall-immaniġġjar tal-art, l-ippjanar tas-sosteniment, u l-protezzjoni tal-ekosistemi, inkluż min-nirien fil-foresti.

Wunambal Gaambera Aboriginal Corporation chair Catherine Goonack is among those holding the baton of the fire tradition in Australia today. She learnt cultural burning directly from her ancestors. Photo: Russell Ord for WGAC
“Kull sena, missieri, kien jgħidilna biex neħilsu mill-ħaxix ħażin li jikber billi nqabbdu biex imbagħad inkuna nistgħu nkabbru u naħsdu l-ikel.
“Il-ħruq skont il-kultura huwa l-mod adattat għall-antenati tagħna, stil ta’ ħajja. Huma użaw in-nar biex jerġgħu jagħtu ħajja lill-Art, biex ikabbru l-ħxejjex u jwaqqfu n-nirien kbar fil-foresti milli jilħquhom," tgħid Catherine Goonack, iċ - Chairperson tal-Wunambal Gaambera Aboriginal Corporation.
Din il-prattika tradizzjonali - magħrufa bħala l-ħruq skont il-kultura, (firestick farming, jew cool burning) - ma ġietx prattikata b’mod ġenerali fuq skala kbira mindu seħħet il-kolonizzazzjoni Awstraljana.
U li illi din hija waħda mir-raġunijiet li l-Awstralja saret aktar suxxettibbli għan-nar u vulnerabbli għan-nirien qerrieda.
“L-anzjani jafu li huwa importanti li naħarqu l-Art, biex inżommuha tajba biex niżirgħu u nħawlu,” tgħid Catherine Goonack.
Fl-2024, hija kitbet li jiddokumenta kif is-sitwazzjoni tan-nar tjiebet fit-Tramuntana remota ta’ Kimberley fil-Punent tal-Awstralja, b’riżultat ta’ ħruq skont il-kultura li ġie introdott mill-ġdid, fuq skala kbira.
“Ilna nissorveljaw għal dawn l-aħħar 10 snin biex inwaqqfu n-nirien fil-foresti. Kellna suċċess u diżappunti, imma issa erġajna sibna t-triq it-tajba.”
L-istudju analizza kif erba’ gruppi ta’ sidien tradizzjonali rnexxielhom itaffu n-nirien qawwija fil-foresti, li qabel kienu jiddominaw il-pajsaġġ tropikali tar-reġjun.

Skills of assessing the right timing, and how to burn the right way, survive to this day. Fire walk by Jeremy Kowan, Uunguu Ranger and Wunambal Gaambera Traditional Owner. Photo: Mark Jones for WGAC
Jekk il-ħruq skont il-kultura huwa ppruvat li jaħdem, għaliex ma nerġgħux nużawh kullimkien?
Ir-reġjun tat-Tramuntana ta’ Kimberley huwa wieħed mill-ftit postijiet fl-Awstralja fejn il-programmi ta’ ħruq skont il-kultura Aboriġina setgħu jsiru flimkien ma’ metodi awtorizzati oħra, wara r-ritorn tat-titli tal-art lis-Sidien Tradizzjonali.
Tom Vigilante, li huwa l-awtur ewlieni tal-istudju, jgħid li l-kisba ta’ dawk it-titli nattivi “kienet punt ta’ bidla kbira”.
“Għax imbagħad kien ifisser li n-nies kellhom dawk id-drittijiet li jmexxu l-art kif riedu huma.
“L-alternattiva hi li jkun hemm parks nazzjonali jew tipi oħra ta’ art fejn l-aġenziji tal-gvern jkunu responsabbli għall-ħruq. F’dawk is-sitwazzjonijiet, in- nies Aboriġini jridu jippruvaw u jinfluwenzaw il-mod kif iseħħ il-ħruq f’dawk l- inħawi, imma m’għandhomx id-dritt li jagħmlu dan huma stess."
Trevor Howard huwa Maniġer Nazzjonali għall-Ħruq Preskritt fil-Kunsill Awstraljan tal-Awtoritajiet tan-Nar u s-Servizz ta’ Emerġenza (AFAC).
Huwa jara l-immaniġġjar tan-nirien Indiġeni fir-reġjun ta’ Kimberley u l-fruntiera ta’ madwar ir-reġjun bħala “eżempju tajjeb ta’ dak li jista’ jinkiseb f’partijiet oħra tal-Awstralja”.
“Dak il-pajsaġġ hemmhekk ġie trasformat kompletament f’dawn l-aħħar 20 sena.
“Kien hemm ħafna nirien tal-buxx intensi, kbar u estensivi, u issa l-art hija ħafna aktar immaniġġjata u taħt kontroll b’intensita’ baxxa, ta’ nirien imqabbda fl-aħjar żmien tas-sena, immexxija minn nies Indiġeni, skont programmi xjentifiċi.”

Mr Vigilante elaborates on fire management techniques in North Kimberley: “A lot of burning is done by vehicles, some walking in the bush or burning around cultural sites. We also use aircraft because we're looking after close to a million hectares.” Photo: WGAC
U kemm se jgawdi minnu kull stat u territorju, jiddependi mill-impenn tagħhom mas-sidien tradizzjonali tal-art.
“Għax madwar l-Awstralja għandna ħafna gruppi Indiġeni, u kull wieħed minn dawk il-gruppi għandu r-rabta tiegħu mal-art tal-lokal tiegħu.
“Għalhekk, dan verament jirrikjedi li kull aġenzija tal-istat u tat-territorju taħdem ma’ dawk il-gruppi biex tifhem l-aspirazzjonijiet u l-ħtiġijiet tagħhom, u biex tappoġġjahom fl-iżvilupp tal-prattiċi ta’ ħruq skont il-kultura tagħhom bil-mod tagħhom stess, fuq l-Art tagħhom stess.”
Kif in-nar jerġa’ jagħti s-saħħa lill-Art
Gareth Catt huwa l-Maniġer tas-Sħubiji tad-Deżert fl-Alleanza tad-Deżert Indiġenu.
Ilu jaħdem ma’ rangers tal-Ewwel Nazzjonijiet madwar it-territorju tat-Tramuntana, l-Awstralja tal-Punent, u l-Awstralja t’Isfel mill-2012.
Ħafna minn dan ix-xogħol iffoka fuq l-integrazzjoni tal-prattiċi tradizzjonali tan-nar kulturali fil-kuntest modern fuq skala kbira.
Huwa jemmen li s-suċċess tal-ħruq skont il-kultura Aboriġina bħala mod proattiv għan-nirien fil-foresti, jinsab fil-mod kif isir, b’enfasi qawwija fuq il-prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet tal-pajsaġġ.
“In-nies li ħdimt magħhom jużaw in-nar b’mod li jħarsu lejn il-kundizzjonijiet tat-temp, jifhmu fejn u kif se jaħkem in-nar u kif se tirrispondi dak l-Art partikulari.”
Gareth Catt jgħid li hemm interess mill-ġdid fl-għarfien tradizzjonali dwar il-kontroll tan-nirien fil-foresti, “b’mod partikolari wara n-nirien kbar tas-sajf fl-2019-2020”.
“Meta n-nies jaħsbu dwar in-nar, huma jaħsbu dwar l-iswed li jħalli warajh u l- periklu li hu marbut miegħu,” iżid jgħid.
“Imma meta n-nar jiġi applikat bir-reqqa fuq il-pajsaġġ, mhuwiex forza qerrieda, huwa forza li tagħti ħajja ġdida. Jekk dak in-nar jitqabbad fi żmien tajjeb u jirreaġixxi mal-pajsaġġ b’mod konsistenti, in-nar ikun ħafna iktar ta’ benefiċċju għad-diversità tal-veġetazzjoni u t-tkabbir ta’ prodotti ġodda."

Joint research by members of the Ulladulla Local Aboriginal Land Council and academics from the University of Wollongong found that cultural burns significantly improve soil quality, allowing more nutrients and microbes to thrive. Photo: Paul Jones (UOW) Credit: pauljones
Il-Professur Anthony Dosseto jaqsam l-għarfien tiegħu dwar l-aħħar evidenza dwar din il-prattika.
Huwa wieħed mir-riċerkaturi li tqabbel tqabbel l-effett fuq il-kwalità tal-ħamrija wara l-ħruq preskritt immexxi mill-aġenzija ma’ dak tal-ħruq skont il-kultura Aboriġina.
L-istudju tmexxa b’mod konġunt minn akkademiċi tal-Università ta’ Wollongong u membri tal-Kunsill tal-art Aboriġinali Lokali ta’ Ulladulla.
Instab li ż-żewġ modi kellhom effett pożittiv fuq il-ħamrija. Iżda l-ħruq kulturali wera aktar benefiċċji.
“Pereżempju, sibna li t-tnaqqis fid-densità tal-ħamrija kien akbar fejn kien hemm ħruq skont il-kultura,” jispjega l-Professur Dosseto.
“U kien hemm aktar karbonju u nitroġenu meta mqabbel ma’ żoni fejn kien hemm ħruq preskritt immexxi mill-aġenzija. Il-karbonju u n-nitroġenu huma important ħafna, peress li huma n-nutrijent ewlieni għal din l-ekosistema.”
Il-Professur Dosseto qal li mhix kwistjoni dwar il-ħruq preskritt kontra l-ħruq kulturali.
Minflok, l-enfasi għandha tkun fuq l-evidenza u l-għarfien dwar l-importanza li għandu l-ħruq kulturali fil-kontroll tan-nirien fil-foresti u s-saħħa tal-ekosistemi — sehem li l-Komunità tal-Ewwel Nazzjonijiet fehmu għall-mijiet ta’ snin.
“Għandna din l-għodda ta’ teknika fl-immaniġġjar tan-nirien, jekk trid. U ilna żmien twil ninjoraw l-informazzjoni tal-Komunità tal-Ewwel Nazzjonijiet li ilhom għexieren ta’ eluf ta’ snin jieħdu ħsieb dan il-pajjiż.”
Subscribe or follow the Australia Explained podcast for more valuable information and tips about settling into your new life in Australia.