Kif tipprepara għall-maltemp u l-għargħar fl-Awstralja

jim-gade-cKjxGyfNdQc-unsplash.jpg

F’dawn l-aħħar snin fl-Awstralja qed ngħaddu mill-agħar għargħar li qatt seħħ fl-istorja ta’ dan il-kontinent. Bejn l-2020 u din is-sena, partijiet kbar tal-Awstralja spiċċaw taħt l-ilma aktar minn darba. Waqt li x-xita qawwija kontinwa qed tikkaġuna li x-xmajjar ifuru, xi komunitajiet li joqogħdu fi nħawi li huma aktar affettwati mill-għargħar, kellhom ħsarat kbar f’darhom u l-propjetà tagħhom. Kien hemm ukoll telf ta’ ħajjiet tan-nies. Allura, kif tkun taf jekk temp li jikkaġuna ħsara serja hux se jaffettwak, u x’għandek tagħmel biex tipprepara?



Share