L-ewwel Maltin li ssetiljaw fl-Awstralja li għamlu isem | Mark Caruana

L-ewwel Maltin li waslu fl-Awstralja nġiebu hawnhekk bħala kastig talli ħallew ir-reġimenti Brittaniċi fis-snin ta’ wara l-1810 meta Malta kienet kolonja Ingliża. L-ewwel persuna magħrufa li ssetiljat minn jeddha fl-Awstralja kien Antonio Azzopardi, li wasal Melbourne fl-1837 u rnexxa ħafna fin-negozju. Mark Caruana riċerkatur tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja jitkellem ma' Joe Axiaq dwar xi wħud mill-ewwel Maltin fl-Awstralja li baqgħu magħrufa.
Share