L-inċident tal-1916 tal-Maltin ta’ New Caledonia

Ir-riċerkatur tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja, Mark Caruana jitkellem dwar l-inċident tal-1916 li kien jinvolvi l-akbar grupp f’daqqa ta’ rġiel Maltin u Għawdxin li waslu l-Awstralja, li ma tħallewx jinżlu l-art. Il-grupp ta’ 214 Malti u Għawdxi, il-biċċa l-kbira minnhom ħaddiema tar-raba’, intbagħtu New Caledonia, wara li sarilhom test bl-Olandiż meta kienu fuq il-vapur bl-iskop li jeħlu żgur.
Share