Telfa oħra għal l-għana Malti fl-Awstralja bil-mewt ta’ Ġużeppi Azzopardi

Photo: Klabb Għannejja Maltin facebook
Tħabbret il-mewt ta’ Ġużeppi Azzopardi, magħruf fil-qasam tal-għana Malti bħala Ras il-Bagħal. Huwa kellu 97 sena. Kien wieħed mill-għannejja ewlenin tal-Klabb Għannejja Maltin fil-Victoria, magħruf għall-għana spirtu pront, l-għana fil-għoli u anke għana tal-fatt.
Share